Jekk tixtri prodotti bħal Oral B, Pantene, Ariel, Gillette jew Head n Shoulders, allura qed tappoġġja lil Proctor and Gamble. Ikklikkja fuq din il-link biex tara t-tip ta’ affarijiet li jagħmlu Proctor and Gamble. Il-filmat huwa minn Greenpeace.
TWISSIJA: Dan il-film fih kontenut grafiku u ta’ qsim il-qalb. Iżda din hija storja li trid tiġi rrakkuntata.
Jista’ jkun li rajt ir-reklami ta’ Procter & Gamble fuq it-TV, fejn issostni li hija ‘sponsor kburi tal-ommijiet’. Iżda tixtri żejt tal-palm mingħand kumpaniji li qed jeqirdu l-foresta tropikali tal-Indoneżja, u b’hekk jeqirdu l-ħabitat tal-aħħar orangutans. Bis-saħħa ta’ P&G u l-fornituri tagħha taż-żejt tal-palm, ħafna frieħ tal-orangutani m’għadhomx għandhom omm. Jekk jogħġbok ara dan il-film, u agħmel donazzjoni biex tgħin twaqqaf iż-żejt tal-palm distruttiv. Irridu nipperswadu lil P&G biex jirranġaw għemilhom jekk irridu nittrasformaw l-industrija taż-żejt tal-palm u nipproteġu speċi fil-periklu bħall-orangutani.
Għid lil P&G x'taħseb... U sadanittant, aħseb darbtejn qabel ma tixtri l-prodotti tagħhom.